Malti — Maltese
Ir-riżorsi f’din il-paġna fihom parir, suġġerimenti ta’ għajnuna u tweġibiet għal xi mistoqsijiet komuni dwar id-dimenzja.
Riżorsi
Biex tagħmel mistoqsijiet dwar id-dimenzja jew titlob l-għajnuna ċempel il-Linja Nazzjonali ta’ Għajnuna fid-Dimenzja (National Dementia Helpline) fuq 1800 100 500.
Jekk tinħtieġ interpretu biex tikkuntattja l-Linja ta’ Għajnuna fid-Dimenzja ċempel l-ewwel
is-Servizz Telefoniku għall-Interpretar (Telephone Interpreting Service) fuq 131 450.
- X’inhija id-dimenzja? (What is Dementia?)
Informazzjoni dwar id-dimenzja, xi sinjali kmieni dwar id-dimenzja u l-emfasi dwar l-importanza ta’ dijanjosi medika fil-ħin.
- Mgibiet mibdula (Changed Behaviours)
Informazzjoni dwar bidliet fl-imġieba li jistgħu jiġri f’nies li jgħixu bid-dimenzja u kawżi possibbli.
- Id-dijanjosi tad-dimenzja (Diagnosing Dementia)
Informazzjoni dwar it-teknika użata għal dijanjosi tad-dimenzja u l-importanza ta’ dijanjosi kmieni u korretta.
- Ippjanar bikri (Early Planning)
Din l-informazzjoni tiddiskuti modi ta’ ppjanar bil-quddiem u kif torganizza l-affarijiet finanzjarji u legali flimkien man-nies u l-organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu jgħinu.
- Tiehu l-mistrieh (Taking A Break)
Informazzjoni dwar l-importanza li tieħu brejk milli tieħu ħsieb xi ħadd, kif torganizza dan u min jista’ jgħin.
- Komunikazzjoni (Communication)
Informazzjoni dwar bidliet fil-komunikazzjoni li d-dimenzja tista’ tikkawża u modi kif familji u kerers jistgħu jgħinu.
- Inkwetat/a dwar il-memorja tiegħek (Worried About Your Memory?)
Jekk inti jew xi ħadd għażiż għalik tinsab inkwetat/a dwar bidliet fil-memorja, burdati jew biex taħseb, hemm sapport u informazzjoni biex jgħinuk.